Dawn huma l-istejjer tagħna

Fl-Ewropa kollha, il-membri tal-komunità flimkien.eu tagħna qegħdin isemmgħu leħinhom billi jorganizzaw jew jieħdu sehem f'avvenimenti u f'attivitajiet. Uħud minnhom qalu kif jaħsbuha dwar il-futur tal-Ewropa, u oħrajn tgħallmu ħiliet ġodda. Permezz tal-esperjenzi tagħhom ħallew impatt, u l-esperjenzi tagħhom ħallew impatt fuqhom stess. Skopri l-istejjer tagħhom.

Taħt il-lenti

L-impenn ta’ Natasha sabiex tmexxi l-kelma dwar l-istituzzjonijiet Ewropej u x-xogħol li jwettqu

Ilni parti tan-network flimkien.eu minn mindu kont attiva fil-kampanja #Diddarbasenivvota. 

Aqra l-istorja kollha About L-impenn ta’ Natasha sabiex tmexxi l-kelma dwar l-istituzzjonijiet Ewropej u x-xogħol li jwettqu

Jidhru 9 testimonjanzi minn 13 testimonjanzi

Siru Voluntiera Ewropej! Agħżel li tipparteċipa! Il-futur huwa tiegħek! 

L-Ewropa hija dari. Il-Parlament Ewropew sar it-tieni dar tiegħi minn meta sirt voluntiera mal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija sentejn ilu. 

L-Ewropa li jmiss

Jisimni Imre János, twelidt fl-2005 f'villaġġ żgħir Ungeriż,Jászberény, sena biss wara li l-Ungerija saret membru tal-Unjoni Ewropea.Iltqajt mal-komunità flimkien.eu, bħala ambaxxatur junior. Għalija, din il-komunitàhija opportunità għal sensibilizzazzjoni internazzjonali, hija komunità li fihajien liberu nesprimi l-opinjonijiet tiegħi u li fiha ħsibijieti għandhom piż ujixprunaw azzjonijiet u riżultati.

Li tkun f’post ma’ nies ta’ l-istess fehma

Sabīne, studenta tax-xjenzi politiċi. Il-vjaġġ tiegħi mal-komunità flimkien.eu beda saħansitra qabel ma din inħolqot, meta kienet magħrufa bħala l-kampanja "Did-darba se nivvota". Involvejt ruħi fiha bħala studenta fl-iskola sekondarja Nru 25 ta' Riga, waħda mill-iskejjel tal-programm "Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew".

Aktar ma nkunu attivi, aktar ikun aħjar il-ġejjieni Ewropew li qed jistenniena

Jisimni Ruben, għandi 26 sena u wara li ggradwajt fl-Istudji Ewropej sirt naf li stajt inżid dik ix-xi ħaġa iżjed ma' dak li tgħallimt. 

Sirt volontarju ta' unidos għaliex xtaqt nitgħallem aktar dwar l-istituzzjonijiet Ewropej u nkun naf dak li jkun għaddej fil-Parlament Ewropew.

Kont qed inħoss li ma kontx naf biżżejjed dwar kif jaħdem il-Parlament Ewropew u ma kontx naf x'jagħmlu eżattament il-Membri tiegħu.Sadattant, permezz ta' unidos ipparteċipajt f'diversi avvenimenti, sirt naf lil persuni mill-Ewropa kollha u saħansitra żort il-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Għalkemm barranija, xorta nħoss li ntegrajt sew bħala parti mill-komunità.

Meta sirt volontarja ta' flimkien.eu, kelli l-opportunità li nipparteċipa f'avvenimenti li ħallewni nqarreb liż-żgħażagħ lejn l-affarijiet Ewropej.

Liam jemmen li l-għanijiet jistgħu jintlaħqu bħala komunità.

'L-Ewropa għalija tfisser li fil-komunità jistgħu jintlaħqu dawk l-objettivi li fuq bażi individwali jidhru li ma jistgħux jintlaħqu.

Europe in schools thanks to Carola and other friends of the together.eu community

''Sirt membru ta' flimkien.eu wara s-suċċess ta' Diddarbasenivvota. 

Iż-żgħażagħ għandhom jingħataw siġġu fuq il-mejda

Bħala żagħżugħa Ewropea u persuna li taħdem maż-żgħażagħ, inħossni responsabbli għall-futur tal-Ewropa. Nemmen bis-sħiħ li l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ bl-attitudnijiet, l-għarfien u l-ħiliet biex jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet se jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-demokraziji tagħna u għat-trawwim ta' sens komuni ta' identità. Din hija r-raġuni għaliex ingħaqadt ma' flimkien.eu, biex inħeġġeġ iċ-ċittadinanza attiva u biex inkun parti minn komunità bbażata fuq valuri kondiviżi u impenn reċiproku biex nimxu 'l quddiem fi proġett Ewropew.