Liam jemmen li l-għanijiet jistgħu jintlaħqu bħala komunità.

L-Ewropa għalija tfisser li fil-komunità jistgħu jintlaħqu dawk l-objettivi li fuq bażi individwali jidhru li ma jistgħux jintlaħqu.

L-Ewropa għalija tfisser li fil-komunità jistgħu jintlaħqu dawk l-objettivi li fuq bażi individwali jidhru li ma jistgħux jintlaħqu. Din hija wkoll ir-raġuni għaliex bdejt naħdem fuq kwistjonijiet tal-UE. Fis-sena 2019, fil-qafas ta' flimkien.eu, bdejt nimpenja ruħi bil-parteċipazzjoni fl-Iskambju taż-Żgħażagħ Erasmus+. 

Il-proġett ROOF – ROUTES OF OUR FUTURE kien kapaċi jagħmel għadd ta' mirakli: aktar minn 80 persuna meraviljuża minn 14-il pajjiż differenti ngħaqdu flimkien biex jaqsmu bir-rota nħawi li qatt ma kienu vvjaġġaw minnhom qabel, biex juru li ż-żgħażagħ jinteressaw ruħhom f'futur ta' solidarjetà u ċelebrazzjoni tad-diversità (kulturali, tal-ġeneru), li l-interazzjoni mill-qrib man-natura hija ta' importanza għas-sostenibbiltà tal-UE, u li l-espressjoni tal-individwu nnifsu hija ta' valur speċjali, u din l-espressjoni tikseb qawwa speċjali meta komunità tingħaqad flimkien.

L-UE hija kostellazzjoni ta' diversità, fejn ħaġa waħda hija ċerta: l-iskambju; In-nies jinteraġixxu bejniethom, jibnu l-fiduċja f'xulxin u jagħtu każ ta' xulxin. Nispira ruħi mill-interazzjoni ta' ħafna nies jekk l-iskop tal-benesseri komuni jista' jissaħħaħ, filwaqt li fl-istess ħin id-drittijiet ta' kull individwu jissaħħu. Fil-komunità dak li jkun isib il-limiti tiegħu u jsir jaf lilu nnifsu, kif ukoll lil sħabu l-bnedmin, b'mod speċjali.

F'dan ir-rigward, b'mod partikolari, l-isport għandu wkoll rwol speċjali fis-soċjetà tagħna; huwa jirrifletti dawn l-istrutturi, in-normi u l-valuri tas-soċjetà. Naħseb li meta jiġi pprattikat l-isport, is-sentiment ta' koeżjoni li jgħaqqad in-nazzjonalitajiet globalment jista' jissaħħaħ, meta gruppi sħaħ ta' persuni jkunu jistgħu jsemmgħu leħenhom, jew jekk ikun hemm il-possibbiltà li dawn il-gruppi jingħataw spazju. Jeħtieġ li din l-interazzjoni fl-Ewropa tissaħħaħ bil-għan li jkun hemm promozzjoni tal-iskambju interkulturali u nsiru konxji mid-diversità tal-bnedmin fil-kuntest tal-isport.